Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta' April 2010 - Angelidis vs Il-Parlament

(Kawża F-104/08) 1

"Servizz pubbliku − Uffiċjali − Pożizzjoni vakanti − Eżekuzzjoni ta' sentenza li tannunulla d-deċiżjoni ta' ħatra − Avviż ġdid ta' pożizzjoni vakanti − Aspettattivi leġittimi − Prinċipju ta' prospetti għall-karriera − Trattament ugwali − Prinċipju ta' amministrazzjoni tajba − Dmir ta' premura − Żball manifest ta' evalwazzjoni − Abbuż ta' poter"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Angel Angelidis (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat]

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Seyr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, annulament tal-avviż ta' pożizzjoni vakanti Nru 12564 dwar il-pożizzjoni ta' Direttur tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna tal-Unjoni - Direttorat D, Affarijiet Baġitarji tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tal-proċedura ta' reklutaġġ mibdija b'dan l-avviż. Min-naħa l-oħra, deċiżjoni li tiġi miċħuda l-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta' Direttur tal-Affarijiet Baġitarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Interna u li jinħatar għal din l-istess pożizzjoni kandidat ieħor. Fl-aħħar nett, talba għall-kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent u għall-ħatra tiegħu fil-grad ta' Direttur "ad personam".

Dispożittiv tas-sentenza

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas is-somma ta' EUR 1 000 lil A. Angelidis.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u terz tal-ispejjeż ta' A. Angelidis.

A. Angelidis għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.    

____________

1 - ĠU C 44, 21.02.1009, p. 77.