Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Italytrade vs EUIPO - Tpresso (teaespresso)

(Kawża T-68/17)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italytrade Srl (Bari, l-Italja) (rappreżentant: N. Clemente, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tpresso SA (Zürich, l-Iżvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “teaespresso” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 543 475

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Novembru 2016 fil-Każ R 1099/2016-4

Talbiet

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata kif previst mill-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009 u fi kwalunkwe każ mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti eventwali għall-ispejjeż sostnuti f’din il-proċedura minn Italytrade srl konformement mal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti eventwali li jitilfu għall-ispejjeż sostnuto fil-proċedura quddiem il-Bord tal-appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni konformement mal-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________