Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2017-0067\tra-doc-mt-req_comm-t-0067-2017-201701809-02_00.doc

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2017 – Italytrade vs EUIPO – Tpresso (tèespresso)

(Kawża T-67/17)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italytrade Srl (Bari, l-Italja) (rappreżentant: N. Clemente, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tpresso SA (Zurich, l-Iżvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “tèespresso” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 543 517

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-29 ta’ Novembru 2016, fil-Każ R 959/2016-4

Talbiet

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata kif previst fl-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009 u, fi kwalunkwe każ, kif previst mir-regoli fis-seħħ;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-eventwali intervenjenti għall-ispejjeż sostnuti f’din il-proċedura minn Italytrade srl, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tirriforma s-sentenza skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, anki fir-rigward tal-kap tal-ispejjeż u tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti li jkunu tilfu l-kawża għall-ħlas tal-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________