Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Settembru 2018 – TenneT Holding vs EUIPO – Ngrid Intellectual Property (NorthSeaGrid)

(Kawża T-70/17) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea NorthSeaGrid – Trade marks figurattiva u verbali preċedenti tal-Unjoni Ewrpea nationalgrid – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TenneT Holding BV (Arnhem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: K. Limperg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ngrid Intellectual Property Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Traub, solicitor)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 (Każ R 1607/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ngrid Intellectual Property u TenneT Holding

Dispożittiv

Il-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 (Każ R 1607/2015-5), dwar proċedementi ta’ oppożizzjoni bejn Ngrid Intellectual Property Ltd u TenneT Holding BV hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati kemm l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn TenneT Holding.

Ngrid Intellectual Property għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.

____________

1     ĠU C 104, 3.4.2017.