Language of document :

-Rikors ippreżentat fit-12 ta' Jannar 2009 - Schunk vs UASI (Parti b'forma ċilindrika ta' ċokk ta' torn)

(Kawża T-7/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schunk GmbH & Co. KG Spann- u Greiftechnik (Lauffen am Neckar, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koppe-Zagouras, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-31 ta' Ottubru 2008 (Każ R 1109/2007-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark ta' tip ieħor, li tirrappreżenta parti b'forma ċilindrika ta' ċokk ta' torn, għal prodotti fil-klassijiet 7 u 8 (Applikazzjoni Nru 3 098 894)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ. Barra minn hekk, it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha karattru distintiv minħabba użu fis-sens tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1)