Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2011 - Formula One Licensing vs UASI - Global Sports Media (F1-LIVE)

(Kawża T-10/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva F1-LIVE - Trade marks Komunitarji figurattivi u nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti F1 u F1 Formula 1 - Oppożizzjoni miċħuda mill-Bord tal-Appell - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Klingberg u K. Sandberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Global Sports Media Ltd (Hamilton, il-Bermuda) (rappreżentanti: iniżjalment T. de Haan u J.-J. Evrard, sussegwentement T. de Haan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta' Ottubru 2008 (Każ R 7/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Racing-Live SAS u Formula One Licensing BV.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Formula One Licensing BV hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009