Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-82/13) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni – Drittijiet tad-difiża – Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju – Ksur uniku u kontinwat – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Proporzjonalità – Multi – Ġurisdizzjoni sħiħa”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Panasonic Corp. (Kadoma, il-Ġapppun); u MT Picture Display Co. Ltd (Matsuocho, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Gerrits u A.-H. Bischke, avukati, M. Hoskins, QC, u S. K. Abram, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer u G. Koleva, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.DispożittivL-ammont tal-multi imposti mill-Artikolu 2(2)(f), (h) u (i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), huwa ta’ EUR 128 866 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic Corp., għall-parteċipazzjoni diretta tagħha fil-ksur li jirrigwarda s-suq tat-tubi katodiċi tal-kulur għas-settijiet tat-televiżjoni, ta’ EUR 82 826 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic, Toshiba Corp. u MT Picture Display Co. Ltd, flimkien u in solidum, u ta’ EUR 7 530 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic u MT Picture Display, flimkien u in solidum.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 101, 6.4.2013.