Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Accorinti et vs BĊE

(Kawża T-79/13)1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – BĊE – Banek ċentrali nazzjonali – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Programm ta’ xiri ta’ titoli – Ftehim ta’ skambju ta’ titoli favur il-banek ċentrali tal-Eurosistema biss – Involviment tas-settur privat – Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva – Tisħiħ tal-kollateral fil-forma ta’ programm ta’ xiri mill-ġdid intiż sabiex tissaħħaħ il-kwalità tat-titoli bħala garanziji – Kredituri privati – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Responsabbiltà mill-fatt ta’ att normattiv leċitu – Dannu anormali u speċjali”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alessandro Accorinti (Nichelino, l-Italja) u l-214 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: S. Sutti, R. Spelta u G. Sanna, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: inizjalment S. Bening u P. Papapaschalis, sussegwentement P. Senkovic u P. Papapaschalis, u fl-aħħar nett P. Senkovic, bħala aġenti, assistiti minn E. Castellani, B. Kaiser u T. Lübbig, avukati)SuġġettRikors intiż għall-kisba tal-kumpens għad-dannu sostnut mir-rikorrenti bħala riżultat ta’, b’mod partikolari, l-adozzjoni, mill-BĊE, tad-Deċiżjoni 2012/153/UE, tal-5 ta’ Marzu 2012, dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (ĠU L 77, p. 19), kif ukoll miżuri oħra tal-BĊE marbuta mar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Alessandro Accor

inti u r

-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-Anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 101, 6.4.2013.