Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2016 – Excalibur City vs EUIPO – Ferrero (MERLIN’S KINDERWELT)

(Kawża T-565/15)1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali MERLIN’S KINDERWELT – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KINDER – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Excalibur City s.r.o. (Znojmo, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: E. Engin-Deniz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simandlova u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ferrero SpA (Alba, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ghedina u F. Jacobacci, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1538/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferrero u Excalibur City.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Lulju 2015 (Każ R 1538/2014-1) hija annullata.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawn esposti minn Excalibur City s.r.o.

Ferrero SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 398, 30.11.2015