Language of document : ECLI:EU:T:2020:252


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Ġunju 2020 – Spliethoff’s Bevrachtingskantoor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-564/15 RENV)

“Assistenza finanzjarja fil-qasam tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Settur tat-trasport għall-perijodu 2014-2020 – Sejħa għal proposti – Deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista ta’ proposti magħżula – Ċaħda tal-proposta – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Trattament ugwali – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Proġetti Kbar – Evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Kriterji ta’ allokazzjoni tal-finanzjament

(ara l-punti 61 sa 63, 80)

2.      Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Proġetti kbar – Evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Proposta miċħuda li ma hijiex paragunabbli mal-proposti magħżula – Oneru tal-prova – Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza

(ara l-punti 88 sa 77, 97)

3.      Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali – Interventi strutturali – Finanzjament mill-Unjoni – Proġetti kbar – Evalwazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Natura suffiċjenti u komprensibbli tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni sabiex ma taċċettax il-proposta miċħuda – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Assenza

(ara l-punti 119, 120)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5274 finali, tal-31 ta’ Lulju 2015, li tistabbilixxi l-lista tal-proposti awtorizzati biex jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-mekkaniżmu għall-interkonnessjoni fl-Ewropa (MIE) – settur tat-trasport, wara s-sejħiet għal proposti magħmula fil-11 ta’ Settembru 2014 u bbażati fuq il-programm ta’ xogħol multiannwali.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Spliethoff’s Bevrachtingskantoor BV relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-Kawża C-635/16 P, kif ukoll mal-proċedura inizjali quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-Kawża T-564/15.

3)

Spliethoff’s Bevrachtingskantoor hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-proċedura ta’ rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-Kawża T-564/15 RENV.