Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Jannar 2014 – NCL vs UASI (NORWEGIAN GETAWAY)

(Kawża T-513/12)1

[“Trade mark Komunitarja – Talba għal trade mark Komunitarja verbali NORWEGIAN GETAWAY – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1014/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NORWEGIAN GETAWAY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

NCL Corporation Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 26, 26.1.2013.