Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ottubru 2021 – Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża T-646/16 P-RENV-RX) 1

(“Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rifjut tal-Kunsill li jikklassifika mill-ġdid lill-persuna kkonċernata, wara li għadda minn kompetizzjoni ġenerali, fil-grad previst fl-avviż ta’ kompetizzjoni – Ċaħda tar-rikors fuq il-mertu – Appell – Annullament – Sentenza tal-appell eżaminata mill-ġdid mill-Qorti tal-Ġustizzja u annullata – Kawża mibgħuta lura lill-Qorti Ġenerali bħala qorti tal-appell – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukata)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2016, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11 RENV, EU:F:2016:136), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Erik Simpson għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-646/16 P.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fil-Kawżi T-441/18 RENV u T-646/16 P-RENV-RX.

____________

1     ĠU C 419, 14.11.2016.