Language of document : ECLI:EU:T:2021:776


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal10 ta’ Novembru 2021 – Monster Energy vs EUIPO – Frito-Lay Trading Company (MONSTER u MONSTER ENERGY)

(Kawżi magħquda T-758/20 u T-759/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali MONSTER u MONSTER ENERGY – Użu ġenwin tat-trade marks – Użu għall-prodotti li għalihom ġew irreġistrati t-trade marks – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Oneru tal-prova

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a))

(ara l-punt 26)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Prova tal-użu – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Rekwiżit ta’ provi konkreti u oġġettivi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a))

(ara l-punti 27 sa 30)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet għar-revoka – Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark – Trade marks verbali MONSTER u MONSTER ENERGY

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 51(1)(a))

(ara l-punti 52, 53, 57, 63, 70)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal‑5 ta’ Ottubru 2020 (Każijiet R 2927/2019-2 u R 2928/2019-2), dwar żewġ proċedimenti ta’ revoka bejn Frito-Lay Trading Company u Monster Energy.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Monster Energy Co. hija kkundannata għall-ispejjeż.