Language of document : ECLI:EU:T:2021:798


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2021 – KS u KD vs Il-Kunsill et

(Kawża T‑‑771/20)

“ Rikors għad-danni – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Missjoni Eulex Kosovo – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Rikors għad-danni – Rikors intiż għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu subit minħabba atti jew ommissjonijiet tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) – Kwistjonijiet politiċi jew strateġiċi marbuta mad-definizzjoni tal-attivitajiet, tal-prioritajiet u tar-riżorsi ta’ missjoni tal-Unjoni – Esklużjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 24(1), u Artikolu 40 TUE; Artikoli 263, 265, 268 u 275 TFUE; Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124)

(ara l-punti 28 sa 33, 39 sa 42)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbu wara diversi atti u ommissjonijiet tal-Kunsill, tal-Kummissjoni u tas-SEAE fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK tal-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (ĠU 2008, L 42, p. 92), u, b’mod partikolari, waqt l-investigazzjonijiet dwar l-għajbien u l-qtil ta’ membri tal-familja tar-rikorrenti, li seħħew fl-1999 fi Pristina (il-Kosovo), imwettqa matul din il-missjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tieħu konjizzjoni tiegħu.

2)

KS u KD għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk imġarrba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.