Language of document : ECLI:EU:T:2021:801


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (LEwwel Awla) tal11 ta’ Novembru 2021 –
QC vs IlKummissjoni

(Kawża T77/21) (1)

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjoni – Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali – Deċiżjoni li tistabbilixxi n-numru ta’ snin ta’ servizz – Kompetenza limitata – Rikors għal annullament u għad-danni – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Assenza ta’ bidu ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Inammissibbiltà – Talba għal ħruġ ta’ ordni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”

1.      Rikorsi tal-uffiċjali – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Stħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni li tinkludi l-kalkolu ta’ awtorità nazzjonali tad-drittijiet għall-pensjoni li għandhom jiġu ttrasferiti lejn l-iskema tal-Unjoni u li tistabbilixxi n-numru ta’ snin ta’ servizz li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-imsemmija skema – Inklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikolu 11(2))

(ara l-punt 28)

2.      Uffiċjali – Atti tal-amministrazzjoni – Att ibbażat fuq deċiżjoni ta’ awtorità nazzjonali – Difetti li jivvizzjaw id-deċiżjoni nazzjonali – Konsegwenzi għall-validità tal-att tal-Unjoni – Assenza

(ara l-punt 29)

3.      Uffiċjali – Pensjonijiet – Drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni – Modalitajiet – Determinazzjoni tal-kapital li jirrappreżenta d-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali – Kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali – Possibbiltà għall-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata li tivverifika l-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tad-deċiżjoni nazzjonali – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Anness VIII, Artikolu 11(2))

(ara l-punti 30 sa 33)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt, parzjalment bħala inammissibbli u parzjalment minħabba n-nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwaru.

2)

QC huwa kkundannat għall-ispejjeż.


1      ĠU C 138, 19.4.2021.