Language of document : ECLI:EU:F:2008:142

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

13 ta’ Novembru 2008

Kawża F-90/07

Amadou Traore

vs

Il‑Kummissjoni tal‑Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent – Assenjazzjoni mill-ġdid – Interess tas-servizz”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 EA, li permezz tiegħu A. Traore jitlob l-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tad-Direttur tad-dipartiment tal-affarijiet barranin tad-Direttorat Ġenerali “Relazzjonijiet għall-Affarijiet Barranin” tal-Kummissjoni, tad-19 ta’ Jannar 2007, li tiċħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ chargé d’affaires ad interim tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Togo, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tad-Direttur tad-Direttorat tar-Riżorsi tal-Uffiċċju għal Kooperazzjoni EuropeAid, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li tiċħad il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ kap tal-operazzjonijiet tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Tanżanija u, it-tielet nett, tad-deċiżjonijiet ta’ ħatra ta’ M. u S. għall-imsemmija pożizzjonijiet rispettivi, kif ukoll li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas kumpens għad-danni, fl-ammont ta’ EUR 3 500, għal danni morali u materjali allegatament subiti.

Deċiżjoni: Id-deċiżjoni tad-Direttur tar-Riżorsi tal-Uffiċċju għal Kooperazzjoni EuropeAid tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ kap tal-operazzjonijiet tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni fit-Tanżanija u d-deċiżjoni ta’ ħatra ta’ S. għall-imsemmija pożizzjoni huma annullati. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrent għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u nofs l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Sommarju

1.      Uffiċjali – Pożizzjoni vakanti – Rinunzja mill-Awtorità tal-Ħatra għal proċedura li biha timla pożizzjoni li ġiet iddikjarata vakanti favur assenjazzjoni mill-ġdid ta’ uffiċjal bil-pożizzjoni tiegħu

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 4 u 29)

2.      Uffiċjali – Organizzazzjoni tad-dipartimenti – Determinazzjoni tal-livell ta’ pożizzjoni li għandha timtela

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 7(1); Taqsima A tal-Anness I)

3.      Uffiċjali – Rikors – Rikors għad-danni – Annullament tal-att illegali kkontestat – Kumpens xieraq għad-dannu morali

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91)

1.      Anki jekk l-Awtorità tal-Ħatra għandha setgħa wiesgħa ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward, hija tista’ tirrinunzja għal proċedura sabiex timtela pożizzjoni ddikjarata vakanti u tadotta miżura ta’ assenzjazzjoni mill-ġdid ta’ uffiċjal bil-kariga tiegħu, li ma hijiex suġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal, biss għal raġunijiet oġġettivi bbażati fuq l-interess tas-servizz u li hija għandha l-obbligu li tispjega.

(ara l-punti 49 u 50)

Referenza: Il-Qorti tal-Ġustizzja 9 ta’ Frar 1984, Kohler vs Il‑Qorti tal‑Awdituri, 316/82 u 40/83, Ġabra p. 641, punt 22; Il-Qorti tal-Prim’Istanza 6 ta’ Lulju 1993, Rasmussen vs Il‑Kummissjoni, T‑32/92, Ġabra p. II‑765, punt 37; 27 ta’ Novembru 2003, Bories et vs Il‑Kummissjoni, T‑331/00 u T‑115/01, ĠabraSP p. I‑A‑309 u II‑1479, punti 150 sa 153

2.      Minbarra l-funzjoni ta’ kap ta’ dipartiment, li fir-rigward tagħha r-Regolamenti tal-Persunal jinkludu, fis-Taqsima A tal-Anness I, regoli speċifiċi fil-qasam tad-determinazzjoni tal-livell tal-pożizzjoni li għandha timtela, mill-prinċipji ġenerali tad-dritt li jirregolaw l-organizzazzjoni tas-servizz pubbliku Komunitarju jirriżulta li l-livell ta’ pożizzjoni li għandha timtela għandu jiġi deċiż b’kunsiderazzjoni tal-importanza tal-kompiti attribwiti lill-kariga inkwistjoni u biss fid-dawl tal-interess tas-servizz. L-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi espliċitament din l-aħħar kundizzjoni.

(ara l-punt 83)

Referenza: Il-Qorti tal-Prim’Istanza 17 ta’ Mejju 1995, Kratz vs Il‑Kummissjoni, T‑10/94, Ġabra p. II‑1455, punti 56 sa 60; 16 ta’ Ottubru 1996, Capitanio vs Il‑Kummissjoni, T‑36/94, ĠabraSP p. I‑A‑449 u II‑1279, punt 57; 16 ta’ Ottubru 1996, Benecos vs Il‑Kummissjoni, T‑37/94, ĠabraSP p. I‑A‑461 u II‑1301, punt 56; 19 ta’ Frar 1998, Campogrande vs Il‑Kummissjoni, T‑3/97, ĠabraSP p. I‑A‑89 u II‑215, punt 30; It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku 14 ta’ Diċembru 2006, Economidis vs Il‑Kummissjoni, F‑122/05, ĠabraSP p. I‑A‑1‑179 u II‑A‑1‑725

3.      Ħlief f’ċirkustanzi partikolari, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata fiha nfisha tikkostitwixxi, fir-rigward tal-uffiċjal, kumpens xieraq u, bħala prinċipju, suffiċjenti għad-dannu morali li dan l-uffiċjali seta’ sofra.

(ara l-punt 114)

Referenza: Il-Qorti Ġenerali 27 ta’ Frar 1992, Plug vs Il‑Kummissjoni, T‑165/89, Ġabra p. II‑367, punt 118; 28 ta’ Settembru 1999, Hautem vs Il‑Bank Ewropew tal‑Investiment, T‑140/97, ĠabraSP p. I‑A‑171 u II‑897, punt 82; 11 ta’ Settembru 2002, Willeme vs Il‑Kummissjoni, T‑89/01, ĠabraSP p. I‑A‑153 u II‑803, punt 97