Language of document : ECLI:EU:T:2009:432





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Novembru 2009 – Frag Comercio Internacional vs UASI – Tinkerbell Modas (GREEN by missako)

(Kawża T‑162/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GREEN by missako – Trade marks nazzjonali u Komunitarji figurattivi preċedenti MI SA KO – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 27, 52)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Frar 2008 (Każ R 1527/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tinkerbell Modas LTDA u Frag Comercio Internacional, SL.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Tinkerbell Modas LTDA

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark Komunitarja figurattiva GREEN by missako għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 25, 35 –Applikazzjoni Nru 3663234

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Frag Comercio Internacional, SL

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark Komunitarja figurattiva MI SA KO għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25; trade mark nazzjonali figurattiva MI SA KO għal servizzi fil-klassi 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Frag Comercio Internacional, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.