Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal superior de Justicia de Murcia (Spanja) fid-19 ta' Ġunju 2008 - María Julia Zurita García vs Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

(Kawża C-261/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Murcia (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Julia Zurita García

Konvenut: Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikolu 62(1) u (2)(a) tiegħu u dawk tar-Regolament (KE) tal-Parlament Ewopew u tal-Kunsill Nru 562/20061 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), b'mod partikolari l-Artikoli 5, 11 u 13 tiegħu, għandhom jiġi interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni, bħal dik nazzjonali, flimkien mal-ġurisprudenza li tinterpretaha, li permezz tagħha t-tkeċċija ta' kull "ċittadin ta' pajjiż terz" li m'għandux permess li jawtorizza d-dħul u r-residenza fit-territorju ta' l-Unjoni Ewropea tista' tiġi ssostitwita minn impożizzjoni ta' multa?

____________

1 - ĠU L 105, p. 1