Language of document : ECLI:EU:C:2009:648

Kawżi magħquda C-261/08 u C-348/08

María Julia Zurita García

u

Aurelio Choque Cabrera

vs

Delegado del Gobierno en la Región de Murcia

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Murcia)

“Viżi, ażil u immigrazzjoni — Miżuri dwar il-qsim tal-fruntieri esterni — Artikolu 62(1) u (2)(a) KE — Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Artikoli 6b u 23 — Regolament (KE) Nru 562/2006 — Artikoli 5, 11 u 13 — Preżunzjoni fir-rigward tat-tul tas-soġġorn — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-impożizzjoni ta’ multa jew it-tkeċċija, skont iċ-ċirkustanzi”

Sommarju tas-sentenza

Viżi, ażil, immigrazzjoni — Qsim tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri — Regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontrolli — Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen — Kodiċi Komunitarju dwar il-qsim tal-fruntieri — Persuna li tinsab irregolarment fit-territorju ta’ Stat Membru — Obbligu ta’ dan tal-aħħar li jadotta deċiżjoni ta’ tkeċċija — Assenza

(Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen, kif emendata bir-Regolament Nru 2133/2004, Artikoli 6b u 23; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 562/2006, Artikolu 11)

L-Artikoli 6b u 23 tal-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen, kif emendata bir-Regolament Nru 2133/2004, dwar ir-rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jittimbraw sistematikament id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jemenda d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplementa l-ftehim ta’ Schengen u l-manwali komuni għal dan l-għan, kif ukoll l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 562/2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jinsab f’sitwazzjoni irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru minħabba li ma jissodisfax jew ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet dwar it-tul tas-soġġorn applikabbli f’dak l-Istat, l-Istat Membru kkonċernat mhuwiex obbligat li jadotta deċiżjoni ta’ tkeċċija fil-konfront tiegħu.

(ara l-punt 66 u d-dispożittiv)