Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Mincu Pătrașcu Brâncuși vs L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew
(Kawża T-385/23) 1
(“Rikors għal annullament – Deċiżjoni ta’ Awla Permanenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex tilwima tingħata sentenza – Artikolu 42(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1939 – Att proċedurali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew – Assenza ta’ ġurisdizzjoni”)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Constantin Mincu Pătrașcu Brâncuși (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: A. Şandru u M.-A. Ion, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (rappreżentanti: L. De Matteis, F.-R. Radu u E. Farhat, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Għaxar Awla Permanenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2022 li permezz tagħha din tal-aħħar iddeċidiet li t-tilwima li tikkonċernah tingħata sentenza.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew u mill-European Criminal Bar Association (ECBA).
Constantin Mincu Pătrașcu Brâncuși huwa kkundannat ibati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju tal Prosekutur Pubbliku Ewropew, bl-eċċezzjoni ta’ dawk marbuta mat-talbiet għal intervent.
Constantin Mincu Pătrașcu Brâncuși, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-ECBA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.
____________
1 ĠU C 321, 11.9.2023.