Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Ġunju 2008 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-221/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Guido Strack (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet adottati b'mod effettiv jew impliċitu mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, fil-kuntest ta' l-ipproċessar ta' l-applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti ppreżentati mir-rikorrent fit-18 u 19 ta' Jannar 2008 u ta' l-applikazzjonijiet konfermatorji tiegħu tat-22 ta' Frar u t-18 ta' April 2008 u, b'mod partikolari, tal-21 ta' April 2008, u b'mod partikolari d-deċiżjoni tad-19 ta' Mejju 2008, safejn dawn jiċħdu totalment jew parzjalment l-applikazzjonijiet tar-rikorrent;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens adegwat lir-rikorrent għad-danni immaterjali u morali subiti minnu wara l-ipproċessar ta' l-applikazzjoni tiegħu, liema ammont ma jistax ikun inqas minn kumpens simboliku ta' EUR 1;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fit-18 u 19 ta' Jannar 2008, ir-rikorrent ippreżenta xi applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għal aċċess għal diversi dokumenti. Huwa ressaq dan ir-rikors għaliex ma ngħatax, ta' l-inqas parzjalment, aċċess għal dawn id-dokumenti fit-termini previsti għal dan l-iskop.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni b'mod partikolari li l-konvenuta kisret l-Artikolu 255 KE, kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1049/20011. Barra minn hekk, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba, ta' l-Artikoli 41 u 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, kif ukoll tal-prinċipji li jirrigwardaw il-ħtieġa li tingħata motivazzjoni għad-deċiżjonijiet ta' rifjut b'mod konformi ma' l-Artikolu 253 KE.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, p. 43).