Rikors ippreżentat fil-11 ta' Ġunju 2008 - Lemans vs UASI - Stephen Turner (ICON)
(Kawża T-218/08)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lemans Corporation (Janesville, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Cover, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Stephen Turner (Luddington, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta' Marzu 2008 fil-każ R 589/2007-2;
tiddikjara li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda u li t-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha tiġi rreġistrata;
tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell tħallas l-ispejjeż, inklużi dawk ta' l-appelli quddiem il-Bord ta' l-Appell u l-Qorti tal-Prim'Istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: L-applikant
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "ICON" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 18 u 25 - Applikazzjoni Nru 2 197 366
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark verbali nazzjonali "IKON" għal prodotti fil-klassi 9 - Trade mark irreġistrata fir-Renju Unit bin-nru 2 243 676
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell
Motivi invokati: Il-Bord ta' l-Appell żbalja fid-deċiżjoni tiegħu li l-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiemha kellha locus standi sabiex tippreżenta oppożizzjoni.
____________