Language of document : ECLI:EU:T:2009:111





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ April 2009 – Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill

(Kawża T-217/08)

“Rikors għal annullament – Regolament (KE) Nru 248/2008 – Sistema ta’ kwoti tal-ħalib – Żieda tal-kwoti nazzjonali tal-ħalib – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Regolament li jbiddel il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib – Att ta’ portata ġenerali – Rikors mill-produtturi tal-ħalib – Rikorrenti mhux individwalment ikkonċernati – Inammissibbiltà (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 248/2008) (ara l-punti 29, 33-40, 46)

2.                     Komunitajiet Ewropej – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Atti ta’ portata ġenerali (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE, Artikoli 234 KE, 235 KE, 241 KE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 50-52)

3.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Rikors minn assoċjazzjoni professjonali li tiddefendi u li tirrappreżenta lill-membri tagħha – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punt 55)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008, tas-17 ta’ Marzu 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (ĠU L 76, p. 6).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Bundesverband Deutscher Milchviehhalter eV, Romuald Schaber, Stefan Mann u Walter Peters għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.