Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' April 2009 - Bundesverband Deutscher Milchviehhalter et vs Il-Kunsill

(Kawża T-217/08)1

("Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 248/2008 - Sistema tal-kwoti tal-ħalib - Żieda tal-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Deutscher Milchviehhalter eV (Bonn, il-Ġermanja); Romuald Schaber (Petersthal, il-Ġermanja); Stefan Mann (Eberdorfergrund, il-Ġermanja); u Walter Peters (Körchow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. Renner u O. Schniewind, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u Z. Kupčová, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u M. Vollkommer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008, tas-17 ta' Marzu 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kwoti nazzjonali fuq il-ħalib (ĠU L 76, p. 6).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Bundesverband Deutscher Milchviehhalter eV, Romuald Schaber, Stefan Mann u Walter Peters għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 209, 15.8.2008