Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Ottubru 2008 - Imagion vs UASI (DYNAMIC HD)

(Kawża T-463/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Imagion AG (Trierweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Blatzheim, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta' Awwissu 2008 (Każ R 488/2008-4) u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "DYNAMIC HD" għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 41, 42, 45 (Nru 6 092 241)

Deċiżjoni tal-eżaminatur: Reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1 peress li t-trade mark verbali "DYNAMIC HD" la kienet deskrittiva u lanqas ma kienet nieqsa mill-karattru distintiv meħtieġ;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kisbet karattru distintiv permezz tal-użu li sar minnha;

Ksur tal-obbligu ta' motivazzjoni;

Ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).