Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Ottubru 2008 - Lancôme vs UASI - Focus Magazin Verlag (ACNO FOCUS)

(Kawża T-466/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lancôme parfums et beauté & Cie SNC (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u J. Pagenberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Focus Magazin Verlag GmbH (Munich, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta' Lulju 2008 fil-Każ R 1796/2007-1;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni, inkwantu din l-oppożizzjoni hija bbażata fuq it-trade mark invokata fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni u, barra minn hekk, fuq probabbiltà ta' konfużjoni fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, f' każ li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell issir intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "ACNO FOCUS" għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni Nru 3 272 705

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Ġermaniża "FOCUS" irreġistrata bin-Nru 394 07 564 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 29, 30, 33, 34, 36, 38, 39, 41, 42; applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 453 720 b'mod partikolari għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 42(3) flimkien mal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkunsidra li l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell setgħet tinvoka prodotti fil-klassi 3 sabiex topponi għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja kkonċernata; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni bjen it-trade marks ikkonċernati.

____________