Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' April 2011 - Ir-Repubblika Ċeka vs Il-Kummissjoni
"Programm PHARE - 'Fondi li jistgħu jiġġeddu' miksuba mir-Repubblika Ċeka - Rimbors tas-somom imħallsa - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipproċedi bl-irkupru permezz ta' tpaċċija - Bażi legali - Ordinamenti ġuridiċi distinti - Kunċett ta' karattru ċert u ta' ammont fiss tal-kreditu - Obbligu ta' motivazzjoni"
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentant: M. Smolek, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel, F. Dintilhac u Z. Malůšková, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-7 ta' Awwissu 2008, li tipproċedi bl-irkupru permezz ta' tpaċċija tas-somom dovuti mir-Repubblika Ċeka fil-kuntest tal-"fondi li jistgħu jiġġeddu" tal-programm PHARE.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 327, 20.12.2008.