Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Zeta Europe vs UASI (Superleggera)
(Kawża T-464/08)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Superleggera – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 74 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009) – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 73 tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 21, 24, 31, 32)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas‑17 ta’ Lulju 2008 (Każ R 666/2008‑1), li tirrigwarda applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Superleggera bħala trade mark Komunitarja. |
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja: | Zeta Europe BV |
Trade mark Komunitarja kkonċernata: | Trade mark figurattiva Superleggera, għall-prodotti fil-klassijiet 12, 18 u 25 –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5456207 |
Deċiżjoni tal-eżaminatur: | Reġistrazzjoni rrifjutata |
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: | Appell miċħud |
Dispożittiv
2) | | Zeta Europe BV hija kkundannata għall-ispejjeż. |