Rikors ippreżentat fit-30 ta' Awwissu 2012 - Elite Licensing vs UASI - Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)
(Kawża T-386/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Aguas De Mondariz Fuente del Val, SL (Mondariz, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Ġunju 2012 fil-Każ R 9/2011-5; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "elite BY MONDARIZ", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 38 u 39 - Applikazjzoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6957872
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali Komunitarja Nru 4995114 "ELITE MODEL LOOK" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8, 9, 11, 21 u 38; applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Nru 5765185 "elite", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44; reġistrazzjoni internazzjonlai tat-trade mark figurattiva Nru 949195 "elite", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 10, 11, 12, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 28, 32, 35, 38, 41, 43 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati:
ksur tar-Regoli 48(2), 49(1) u 96(1) tar-Regolament Nru 2868/95; u
ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009
____________