Language of document : ECLI:EU:T:2007:395





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ l-14 ta’ Diċembru 2007 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 24-26, 28-31, 38-39)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew ta’ l-Iżvilupp Reġjonali favur l-għoti globali “SGAIA” skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995, u min-naħa l-oħra, ta’ l-allegat ordni ta’ pagament inkluż fin-nota ta’ debitu tas-17 ta’ Settembru 2007.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.