Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Ottubru 2007 - Peek & Cloppenburg vs L-UASI - Redfil (Agile)

(Kawża T-386/07)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg (Ħamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, A. Renck u V. von Bomhard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Redfil SL (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' t-Tieni Bord ta' Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta' Lulju 2007 fil-Każ Nru R 1324/2006-2; u

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Redfil SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Agile" għall-prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 - Applikazzjoni Nru 2 659 456

Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Komunitarja u nazzjonali "Aygill's" għall-prodotti fil-klassijiet 3, 6, 8, 9, 11, 14, 16, 18, 20, 21, 24, 25, 26, 27 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: L-oppożizzjoni ġiet kompletament milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ġiet annullata u l-oppożizzjoni ġiet kompletament miċħuda

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94

____________