Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Diċembru 2007 - Il-Portugal vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-387/07 R)
("Proċedura Sommarja - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u L. Flynn, aġenti )
Suġġett tal-kawża
Talba għas-sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3772, tal-31 ta' Lulju 2007, dwar tnaqqis ta' l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali favur l-għotja globali "SGAIA" skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (95) 1769, tat-28 ta' Lulju 1995, u min-naħa l-oħra, ta' l-allegat ordni ta' pagament inkluż fin-nota ta' debitu tas-17 ta' Settembru 2007.
Dispożittiv
It-talba għal proċedura sommarja hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________