Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Marzu 2011 - Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/07) 1

"FEŻR - Tnaqqis f'għajnuna finanzjarja - Sussidju globali ta' għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugal - Rikors għal annullament - Spejjeż effettivament sostnuti - Klawżola ta' arbitraġġ"

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u L. Flynn, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 3772, tal-31 ta' Lulju 2007, dwar it-tnaqqis fl-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) fir-rigward tas-sussidju globali ta' għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (95) 1769, tat-28 ta' Lulju 1995

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 - ĠU C 297, 08.12.2007.