Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (l-Awstrija) fit-28 ta’ Diċembru 2017 – Mohammed Bilali

(Kawża C-720/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammed Bilali

Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 1 , jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru, dwar il-possibbiltà li jiġi rrevokat l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja, li tipprovdi li l-istatus ta’ benefiċjarju tal-protezzjoni sussidjarja jista’ jiġi rrevokat mingħajr ma ċ-ċirkustanzi fattwali stess li mmotivaw l-għoti tal-istatus ikunu nbidlu, iżda jkun biss l-istat tal-għarfien tal-awtoritajiet fir-rigward ta’ dawn iċ-ċirkustanzi fattwali li jkun inbidel u li, f’dan ir-rigward, la alterazzjonijiet u lanqas ommissjonijiet ta’ fatti min-naħa taċ-ċittadin tal-pajjiż terz jew tal-persuna mingħajr Stat ma kellhom rwol determinanti fid-deċiżjoni li jingħata l-istatus ikkonferit mill-protezzjoni sussidjarja?

____________

1     Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).