Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – Mohammed Bilali vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

(Kawża C-720/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Protezzjoni sussidjarja – Direttiva 2011/95/UE – Artikolu 19 – Revoka tal-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja – Żball tal-amministrazzjoni li jikkonċerna liċ-ċirkustanzi ta’ fatt)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammed Bilali

Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

Dispożittiv

L-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqri flimkien mal-Artikolu 16 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru għandu jirrevoka l-istatus mogħti bil-protezzjoni sussidjarja meta jkun ngħata dan l-istatus mingħajr ma l-kundizzjonijiet għal dan l-għoti jkunu ssodisfatti, abbażi ta’ fatti li sussegwentement ġew irrivelati li huma żbaljati, u għalkemm il-persuna kkonċernata ma tistax tiġi kkritikata li qiegħda tqarraq b’dak l-Istat Membru f’dik l-okkażjoni.

____________

1     ĠU C 104, 19.3.2018.