Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2022 – Puma vs EUIPO – Fujian Daocheng Electronic Commerce (Żraben)

(Kawża T-758/22)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schunke u P. Trieb, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fujian Daocheng Electronic Commerce Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 8 367 742-0013

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1876/2021-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.

____________