Language of document : ECLI:EU:T:2013:88





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Frar 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑9/10)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni relatati mal-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi, li offerta tiġi miċħuda — Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Ksur — Assenza (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 25-28, 37)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 70-73)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tad-29 ta’ Ottubru 2009, sa fejn din tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti għal-lott Nru 2, intitolat “Pubblikazzjoni elettronika bbażata fuq Microsoft SharePoint Server”, u, b’mod partikolari, sa fejn tagħti l-kuntratti lill-offerenti magħżula, kif ukoll sa fejn tagħti żewġ kuntratti tal-lott Nru 3, intitolat, “Pubblikazzjoni elettronika bbażata fuq pjattaformi b’sors liberu”, lil impriża membru ta’ żewġ konsorzji differenti, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti AO 10224 dwar il-provvista ta’ pubblikazzjonijiet elettroniċi (ĠU 2009/S 109‑156511), u min-naħa l-oħra, talba għad-danni mressqa abbażi tal-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.