Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta' Marzu - Skareby vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2004 - Għanijiet - Obbligu ta' motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Skareby (Bichkek, Kirghizstan) (rappreżentanti: l-ewwel S. Rodrigues u Y. Minatchy, avocats, imbagħad S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u M. Velardo, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tar-rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-2004 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 143, 17.06.2006, p. 39.