Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Euroscript – Polska vs Il-Parlament

(Kawża T-48/12) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni li r-rikorrenti titqiegħed fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula – Għoti tal-kuntratt qafas prinċipali lil offerent ieħor – Talba għal evalwazzjoni mill-ġdid – Terminu – Sospensjoni tal-proċedura – Trasparenza – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euroscript – Polska Sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: J.-F. Steichen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011, li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), u, sussidjarjament, talba għall-annullament ta’ din is-sejħa għal offerti.DispożittivId-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011 li Euroscript – Polska Sp. z o.o. tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), hija annullata.Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.