Rikors ippreżentat fil-5 ta' Settembru 2012 - EDF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-389/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Électricité de France SA (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4617 finali, tat-28 ta' Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti estensjoni sal-31 ta' Diċembru 2014 tat-terminu tad-Deċiżjoni ta' Investiment Finali previst minn wieħed mill-Impenji imposti fi proċeduri ta' amalgamazzjoni (Każ COMP/M.5549 - EDF/SEGEBEL);
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
L-ewwel motiv ibbażat fuq
żball ta' liġi u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 72 et seq tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar rimedji aċċettabbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 .
It-tieni motiv ibbażat fuq
żball manifest ta' evalwazzjoni tal-fatti sinjifikattivi tal-każ.
It-tielet motiv ibbażat fuq
ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità.
Ir-raba' motiv ibbażat fuq
abbuż ta' poter u/jew ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba.
Il-ħames motiv ibbażat fuq
assenza ta' motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġuni sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.
____________1 - ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 88.