Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Settembru 2023 – Česká republika – Generální finanční ředitelství vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže
(Kawża C-578/23)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Česká republika – Generální finanční ředitelství
Konvenut: Úřad pro ochranu hospodářské soutěže
Domanda preliminari
Sabiex issir evalwazzjoni dwar jekk ġiex issodisfatt ir-rekwiżit sostantiv għall-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, jiġifieri evalwazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti ħolqotx sitwazzjoni ta’ esklużività bl-aġir tagħha, fis-sens tal-Artikolu 31(1)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi ta’ liġi u ta’ fatt li taħthom ġie konkluż kuntratt dwar provvista ta’ servizz inizjali li ta lok għal kuntratti pubbliċi sussegwenti?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.