Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2013 – Cosmowell vs UASI – Haw Par (GELENKGOLD)

(Kawża T-599/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haw Par Corp. Ltd (Singapor, Singapor)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 2013/2012-4);

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fl-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi d-disinn ta’ tigra u l-element verbali “GELENKGOLD”, għal prodotti fil-klassijiet 5, 29 u 30 –Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 957 978Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Haw Par Corp. LtdTrade mark jew sinjal invokat: trade marks figurattivi Komunitarji, li jinkludu d-disinn ta’ tigra, għal prodotti fil-klassi 5Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.