Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 taʼ April 2013 - Saf-Holland vs UASI (INTEGRAL)

(Kawża T-217/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Saf-Holland GmbH (Bessenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M.-C. Seiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-31 ta' Jannar 2013 fil-Każ R 2087/2011-1;

temenda d-deċiżjoni kkontestata sabiex id-deċiżjoni ta' ċaħda tal-UASI tal-14 ta' Settembru 2011 tiġi b'hekk annullata;

sussidjarjament, temenda d-deċiżjoni kkontestata, u tordna li l-proċedura ta' reġistrazzjoni titkompla;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti ta' appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali INTEGRAL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 35 u 37 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 508 466

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________