Language of document : ECLI:EU:T:2014:837





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2014 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑222/13)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-għajnuna minn barra l-Unjoni – Ċaħda tal-kandidatura – Kriterji ta’ selezzjoni – Kuntratti maqsuma f’partijiet – Proġett ta’ referenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba – Aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ imparzjalità – Prinċipju ta’ kontradittorju”

1.                     Ombudsman Ewropew – Kodiċi ta’ mġiba tajba – Effett vinkolanti – Assenza (Artikolu 228 TFUE) (ara l-punt 21)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Evalwazzjoni fir-rigward tal-elementi ta’ informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ); Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2)) (ara l-punti 23-26)

3.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji ġenerali tad-dritt – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Trattament diliġenti u imparzjali tal-fajlijiet – Deċiżjoni ta’ istituzzjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Sostituzzjoni tar-raġunijiet ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ kandidatura wara eżami mill-ġdid mitlub mill-offerent – Legalità (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1)) (ara l-punti 38, 39, 43)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Previdibbiltà tal-adozzjoni ta’ miżura tal-Unjoni li taffettwa l-interessi inkwistjoni – Impossibbiltà li l-imsemmija aspettattivi jiġu invokati (ara l-punt 47)

5.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Proċedura ristretta – Obbligu tal-awtorità kontraenti li tiġbor l-osservazzjonijiet tal-kandidati mhux magħżula qabel it-teħid tad-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ ammissjoni – Assenza – Ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju – Assenza (Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(ċ); Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punti 55,56)

6.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Kriterji ta’ selezzjoni – Turija tal-esperjenza tal-offerent permezz ta’ proġett ta’ referenza – Kunċett ta’ proġett ta’ referenza – Portata – Twettiq ta’ parti minn kuntratt għal servizzi – Inklużjoni – Kundizzjoni – Tlestija qabel id-data ta’ skadenza għall-preżentata tal-kandidaturi (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punt 79)

7.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002) (ara l-punt 87)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittri tagħha tal-15 ta’ Frar u tat-2 ta’ April 2013, li jinformaw lir-rikorrenti li hija ma nżammitx fil-lista ta’ kandidati msejħa jipparteċipaw fil-proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti dwar il-lott 7 tal-kuntratt-qafas multiplu relatat mal-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika minn għajnuna minn barra l-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 105‑174077).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.