Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2014 – Hispavima vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hispavima, SL (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: A. Ward, A. Barba u J. Torrecilla, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata taħt l-Artikolu 263 TFUE sa fejn hija tiddikjara l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha mill-investituri tal-GIE;

sussidjarjament, tilqa’ t-talbiet magħmula u tannulla l-ordni ta’ rkupru tal-allegata għajnuna tal-Artikolu 4.1 in fine tad-deċiżjoni, minħabba li dawn jiksru l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, peress li f’kull każ ma jistax ikun meħtieġ l-irkupru tal-għajnuna qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU tad-deċiżjoni ta’ ftuħ, tal-21 ta’ Settembru 2011; barra minn hekk, li tiġi ammessa l-eżistenza tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ta’ dawk il-GIE li jissodisfaw l-għanijiet mitluba għall-applikazzjoni tal-benefiċċji fiskali qabel il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-2006 fil-ĠU tal-UE;

tannulla parzjalment l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni u tiddikjara bħala mhux konformi mad-dritt il-metodu użat għad-determinazzjoni tal-allegat vantaġġ li għandu jiġi rrimobrsat mill-investituri propost mill-paragrafi 263 u 269 tad-deċiżjoni, li għandu jinkludi sensiela ta’ tnaqqis li ma ttieħdux inkunsiderazzjoni;tiddikjara l-annullament parzjali tal-Artikolu 4.1 tad-deċiżjoni minħabba li l-Kummissjoni marret lil hinn fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha meta ddikjarat fl-Artikolu 4.1 tad-deċiżjoni n-nullità tal-klawżoli kuntrattwali li jipprovdu għal kumpens favur l-investituri fil-każ li l-vantaġġi fiskali tas-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni kienu ddikjarati li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali, utikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.Motivi u argumenti prinċipaliIl-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawżi T-401/14, Duro Felguera vs Il-Kummissjoni, T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni u T-500/14, Derivados del Flúor vs Il-Kummissjoni.