Rikors ippreżentat fis-17 taʼ April 2013 - Bayer Intellectual Property vs UASI - Interhygiene (INTERFACE)
(Kawża T-227/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Interhygiene GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata talli tmur kontra l-liġi sa fejn din tiddikjara li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja INTERFACE hija inkompatibbli mat-trade mark preċedenti Interfog;
tikkundanna, b'mod espress, lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "INTERFACE" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8133977
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja għat-trade mark verbali "Interfog" għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________