Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Marzu 2013 - TestBioTech et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TestBioTech eV (München, il-Ġermanja); European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV (Braunschweig, il-Ġermanja); u Sambucus eV (Vahlde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Smith, QC, J. Stevenson, Barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2013, li ċaħdet it-talbiet tar-rikorrenti għal Reviżjoni Interna tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2012/347/UE, tat-28 ta' Ġunju 2012, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq taħt ir-Regolament Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament lil Monsanto Europe SA għas-sojja tagħha li hija mmodifikata ġenetikament "MON 87701 x MON 89788";

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti; u

tikkundanna kwalunkwe miżura oħra kkunsidrata xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba' motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-evalwazzjoni tal-EFSA li s-sojja hija "sostanzjalment ekwivalenti" għal prodotti paragunabbli magħha hija illegali, hija bbażata fuq evalwazzjoni xjentifika li ma twettqitx skont kif indikat minnha, u/jew hija bbażata fuq żball manifest ta' evalwazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq li n-nuqqas ta' EFSA li tagħti kwalunkwe kunsiderazzjoni jew kunsiderazzjoni xierqa lill-effetti potenzjali sinerġistiċi/kombinati bejn is-sojja u fatturi oħra, u/jew sabiex teħtieġ li ssir evalwazzjoni xierqa tat-tossiċità jmur kontra dak indikat minnha stess, jmur kontra l-obbligi legali tagħha u/jew jikkostitwixxi żball manifest ta' evalwazzjoni.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta' EFSA milli teħtieġ li titwettaq evalwazzjoni immunoloġika xierqa jmur kontra dak indikat minnha stess, jmur kontra l-obbligi legali tagħha u/jew jikkostitwixxi żball manifest ta' evalwazzjoni.

Ir-raba' motiv ibbażat fuq li d-determinazzjoni ta' EFSA li ma jkunx hemm monitoraġġ tal-awtorizzazzjoni wara t-tqegħid fis-suq, tal-konsum tas-sojja hija manifestament żbaljata u/jew hija vvizzjata bid-difetti identifikati fl-ewwel tlett motivi.

____________