Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Settembru 2014 –Jaczewski vs Il-Kummissjoni
(Kawża T‑178/13)
“Rikors għal annullament – Agrikoltura – Interess ġuridiku – Att leġiżlattiv li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni – Nuqqas ta’ interess individwali – Inammissibbiltà”
1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali minbarra l-atti leġiżlattivi – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali – Inklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 19-23)
2. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kunċett – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali – Deċiżjoni li tipprevedi, f’termini astratti, metodu ta’ kalkolu preċiż sabiex jitwettaq tnaqqis tal-pagamenti diretti addizzjonali fil-każ ta’ ammont totali tal-pagamenti diretti ogħla minn ċertu ammont – Esklużjoni (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 24-26)
3. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali – Applikazzjoni tad-deċiżjoni li tippreżupponi t-tressiq effettiv ta’ talba mill-agrikolturi intiża għall-kisba ta’ pagamenti nazzjonali addizzjonali – Assenza ta’ interess individwali – Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 28-34)
Suġġett
| Talba għall-annullamment parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5049 finali, tal-24 ta’ Lulju 2012, li tawtorizza l-għoti ta’ pagamenti diretti nazzjonali addizzjonali fil-Polonja għas-sena 2012. |
Dispożittiv
1) | | Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) | | Grzegorz Jaczewski huwa kkundannat għall-ispejjeż. |