Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Diċembru 2013 – Olive Line International vs UASI – Carapelli Firenze (Maestro de Oliva)

(Kawża T-4/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea – Trade mark figurattiva Maestro de Oliva – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAESTRO – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carapelli Firenze SpA (Tavarnelle Val di Pesa, l-Italja).SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1612/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carapelli Firenze, SpA u Olive Line International, SL.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Olive Line International, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.