Language of document : ECLI:EU:T:2013:376





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 — Think Schuhwerk vs UASI (Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben)

(Kawża T‑208/12)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedura fil-kontumaċja”

1.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Portata — Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 24)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Sinjal li jitħallat mad-dehra tal-prodott kopert (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 32-34, 47)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 35-40)

4.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punti 55, 56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2012 (Każ R 1552/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti minn estremitajiet ħomor tal-lazzijiet taż-żraben bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Think Schuhwerk GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.